Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fi Triq il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq, li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ tnejn u għoxrin sena mill-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mmexxi minn tabib tal-emerġenza, u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei.
L-identità tal-vittma għadha mhix magħrufa.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.