Raġel ta’ 41 sena mill-Għarb weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn tir ta’ arma tan-nar li kien qed juża hu stess.
Il-każ seħħ f’shooting range fit-Trejqa ta’ Xurdin fin-Nadur Għawdex għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn persuna li kienet preżenti biex ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.