Matul tmiem il-ġimgħa l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser tkun impenjat kemm lokalment kif ukoll Internazzjonalment.
Lokalment ser tkun qed toganizza zewġ attivitajiet fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’TaQali se titela is-seba attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross sponsorjat mid ditta Pasta Poiatti, filwaqt li fil-Barriera tal-Fawwara ser tkun qed tittella’ il-ħames attvita mill-Kampjonat Nazzjonali muturi Trials. Bl-attivitajiet fil-Fawwara tibda 9am u f’TaQali 12pm.
Intant il-Gimgha 14 t’April 2023 ħallew Malta tliet sewwieqa mis-sezzjoni 4×4 flimkien tim taghħhom għal Sqallija biex jieħdu sehem fl-ewwel attivita Avola Extream Offroad li ser issir fis-Siracus, is-sewwieq Maltin jidħlu fl-azzjoni nhar is-Sibt u Il-Ħadd 15/16 t’April fejn ikun qed jikkompetu erba ‘Timmed Stages’ b’kull stage jaf jieħu sa 40 minuta jew iktar.
Din l-esperjenza ser tkun l-ewwel darba f’dan il-post bis-sewwieqa li ser jieħdu sehem ser ikunu Robert Caruana flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Thomas Galea, Alan Zahra flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Brandon Cassar u Kenneth Borg flimkien mal-Ko Sewwieq tiegħu Daniel Buhagiar.
Impenn ieħor barra pajjiz din id-darba bil-Muturi Motocross fejn għada Is-Sibt 15 t’April iħallu Malta ghal Sqallija bit-tim Malti se huwa kompost min Jonathan Borg u Isom Borg it-tnejn fuq muturi Kawasaki, Kyle Camilleri fuq mutur KTM, Aiden Galea fuq mutur TM, Buiren Grima fuq mutur KTM, Garry Debono fuq KTM, Etienne Caruana fuq Kawasaki, Paul Deguara fuq KTM u Michael Sant fuq mutur Honda.
Is-Sewwieqa Maltin malli jaslu se jkun qed jitħargu biex ikomplu jaffamiljarlizaw ruħom mat-trakka li hija twil 1.7 kilometri li tinsab f’Maddalena Valley provincja ta Caltagirone in-naħa ta fuq tas-Sqallija, it-Tim se jkun taħt it-tmexxija ta Melvin Borg u li din mhix l-ewwel darba li sewwieqa Maltin qed jikkompetu f’din it-trakka huwa ta vantaġġ li din se tkun it-tieni esperjenza, l-Assocjazzjoni hija fiduċjuza li kompetituri Maltin għandhom il-kwalitajiet kollha biex nhar il-Ħadd jikkwalifikaw għat-tielet Round tal-Kampjonat Nazzjonal Sqalli li mistennija issir il-Ħadd 23 t’April fl-istess Kumpless.
Il-kumitat Ezekuttiv jawgura il-Kompetituri kollha kull suċċess li matul tmiem il-ġimgħa mistennja jieħdu sehem barra.
Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- info@asmk.org.mt