Il-Gvern ħabbar li rebaħ arbitraġġ internazzjonali ta’emerġenza li tressaq mill-grupp ta’ kumpaniji ta’ Steward.
Fi stqarrija, il-Gvern ħabbar li l-Abritru ta’ Emerġenza ordna wkoll lil Steward biex iħallas l-ispejjez li kellu jagħmel il-Gvern.
Filwaqt li l-każ għandu x’jaqsam mal-konċessjoni tal-isptarijiet li ntemmet mill-Qorti, il-Gvern qal li f’dan l-istadju ma jistax jikkummenta iktar fuq proċeduri legali pendenti.