Atleta Spanjola ta’ 50 sena ħarġet wara ħames mitt ġurnata ġo għar mingħajr l-ebda kuntatt uman fir-Russja.
Meta Beatriz Flamini daħlet fl-għar qabel l-invażjoni tal-gwerra fl-Ukrajna u meta d-dinja kienet għadha ddominata mill-pandemija tal-Covid 19.
Dan kollu kien parti minn esperiment mmexxi minn diversi xjenzati.
L-għar kien fond madwar sebgħin pied u hemm l-atleta Spanjola qattgħet il-ħin tpinġi u tagħmel l-eżerċizzju.
Filmati fuq il-midja soċjali juru lill-mara toħroġ mill-għar tidħak u tgħannaq lit-tim li għamel din l-isfida magħha.
Dan huwa rekord dinji ta’ kemm persuna għamlet f’għar waħedha mingħajr ebda kuntatt.