Il-ministru tal-Edukazzjoni u Sport Clifton Grima flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Mark Cutajar u rappreżentanti tal-istess entita’ sportiva żaru l-Oncology Ward fl-isptar Sir Anthony Mamo sabiex juru l-apprezzament għax-xogħol u d-dedikazzjoni li juru dawk kollha li jaħdmu fil-Puttinu Cares Foundation.
Huma kienu milqugħa minn pazjenti, ġenituri u staff tar-Rainbow Ward & Puttinu Cares Foundation immexxija mill-uffiċjali għolja Rennie Zerafa u Angele Cuschieri.
Il-ministru Grima u s-sur Cutajar faħħru l-ħidma ta’ Puttinu Cares Foundation. SportMalta dejjem appoġjat lill-Puttinu Cares Foundation fosthom fil-Maratona tal-Futbol li ssir ta’ kull sena.
Fl-istess żjara, SportMalta ippreżentaw is-somma ta’ €9,500 li ġew miġbura permezz ta’ numru ta’ inizjattivi sportivi organizzati mill-entita’.
Il-flus se jintużaw fi proġetti li qed taħdem fuqhom Puttinu Cares Foundation