Fl-aħħar jiem il-pulizija ta’ Malta, rċevew madwar 300 rapport ta’ persuni li ngiddmu minn ‘scams’ b’isem ta’ bank lokali sabiex jagħtu informazzjoni finanzjarja sensittiva bħal numri tal-kontijiet bankarji, passwords u dettalji tal-kards.
Din il-ġimgħa, Wayne Aquilina u Nicole Buttigieg ser jitkellmu dwar dan MADWAR MEJDA.
Fil-programm ukoll niltaqgħu ma’ Jerome Nwoko, żgħażugħ ta’ 16-il sena li għandu l-awtizmu. Minkejja l-kundizzjoni tiegħu qatt ma qatgħa qalbu tant li jippratika l-atletika ma’ special olympics. MADWAR MEJDA, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru Għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-tfal, Mark Musu ser jitkellem dwar l-għajnuniet soċjali li qegħdin jintbgħatu lill-familji fosthom dawk tal-in work benefit.
MADWAR MEJDA, il-Ħamis fid-9pm fuq ONE