L-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, issospendiet l-azzjonijiet industrijali iżda baqgħet ma laqgħetx it-talba għall-konċiljazzjoni.
Fi stqarrija, l-MUMN sejħet għal laqgħa ġenerali straordinarja għall-ġimgħa d-dieħla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Gvern kompla jinsisti li l-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel tpoġġi madwar mejda għall-konċiljazzjoni biex il-pazjenti jingħataw kull kura li tistħoqqilhom, wara li l-Gvern stess offra żidiet sinjifikanti fi ftehim kollettiv ġdid.