Lil hinn miċ-ċentru tal-Belt Valletta, quddiem il-Berġa t’Aragona issib il-binja imponenti tal-Katidral Anglikan.
Fil-ħemda ta’ dik il-pjazzetta, tispikka l-arkitettura Neo-Klassika ta’ dan il-Katidral mibni mill-Ingliżi wara li ħattew dik li kienet il-Berġa tal-Ġermanja ta’ żmien il-Kavallieri.
Għal snin twal din il-binja kompliet tagħti servizz reliġjuż lil Protestanti iżda dan l-aħħar inħass il-bżonn li jsir restawr kif jixraq.
Martin Scicluna, iċ-chairman tal-bord responsabbli mir-restawr tal-Katidral Anglikan ta’ San Pawl sostna li hemm bżonn tliet miljun ewro u l-pjan ta’ restawr se jitħabbar fil-jiem li ġejjin.