Saviour Bonnici jippreżentalna t-2 programm ta’ Natura Maltija. Il-programm ta’ din il-ġimgħa jiffoka fuq l-għaġir tal-ħajja fil-baħar, inkluż tal-Qarnita intelliġenti, hi u tfittex għall-priża, is-Siċċa, il-Morina, il-Lhudi u speċi ta’ ħut ieħor.
Natura Maltija hi sensiela unika għal pajjiżna. 13-il episodju ta’ bejn 15 u 23 minuta, li jitratta l-għaġir tal-wirt naturali Malti. Kollox miġbud fuq il-gżejjer Maltin. Konsultazzjoni xjentifika ma’ esperti lokali fuq kull speċi indirizzata. Dan il-programm uniku huwa ta’ l-ewwel tat-tip tiegħu fuq il-midja Maltija – bil-maġġoranza ta’ speċi qatt ma ġew iffilmjati qabel.
BLA DUBJU – TITILFUHX!
Idħol fuq il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/maltesenature għal aktar informazzjoni. Waqt li fuq Youtube shorturl.at/bdHP5 tista ssib il-filmati kollha tal-1 sensiela. Jistgħu jintużaw għat-tgħalliem, speċjalment minn ġenituri u għalliema biex jgħallmu lit-tfal.
Ripetizzjoni fuq ONE – L-Erbgħa fis-07:35am, il-Ħamis f’12:05, il-Ħadd fis-07:35am.
Tista’ terġa’ ssegwi ukoll online https://play.one.com.mt/tv