Ħames persuni nqatlu u sitta oħra ndarbu wara li persuna daħlet tispara f’bank fil-belt Amerikana ta’ Louisville, fl-istat ta’ Kentucky.
Skont l-ewwel rapporti minn konferenza tal-aħbarijiet tal-Pulizija j-aggressur ġie newtralizzat u nqatel minn forzi li intervjenew ftit wara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-pulizija qalet lin-nies biex iżżomm lura milli tmur fuq ix-xena tar-reat, f’attakk ieħor bl-armi fl-Amerka.
Ilbieraħ kien hemm sparatura oħra li qatlet żewġ persuni fosthom tfajjel viċin park f’Orlando.
F’attakki simili fl-aħħar ġimgħat, il-President Amerikan Joe Biden reġa’ appella biex is-Senat u l-leġiżlaturi Amerikani jintervjenu u jirriformaw il-liġi tax-xiri tal-armi fl-Istati Uniti.