Ġie nnutat progress fil-ħidma sabiex tinkiseb il-paċi fil-Yemen, hekk kif delegazzjoni mill-Arabja Sawdija tinsab fil-belt kapitali tal-Yemen, li huwa kkontrollat mir-ribelli, għal diskussjonijiet dwar il-paċi.
Il-belt kapitali tal-Yemen, Sana’a ilu kkontrollat mir-ribelli mill-elfejn u ħmistax, hekk kif il-gvern ta’ dak iż-żmien kien ġie megħlub. B’konsegwenza ta’ dan, kienet faqqset gwerra bejn ir-ribelli u koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija li tappoġġja l-gvern.
Din il-gwerra wasslet għall-mewt ta’ eluf kbar ta’ persuni, u tmenin fil-mija tal-popolazzjoni spiċċat dipendenti fuq l-għajnuna umanitarja.
Sa issa, ebda dettallji tan-negozjati ma ġew ikkonfermati, peró rapporti qed jindikaw li hemm ftehimiet sabiex jinfetħu l-ajruporti u l-portijiet tal-pajjiż, u anke pjan sabiex dan il-pajjiż jerġa jibda jinbena mill-ġdid.
Għalkemm dan il-kunflitt huwa wieħed kumpless u jinkludi numru ta’ fazzjonijiet, fosthom anke l-Al-Qaeda, il-gwerra ta’ bejn fazzjonijiet kbar mgħejjuna mill-Arabja Sawdija u l-Iran tidher li qed tasal fi tmiemha.