Fl-aħħar ħin, il-midja lokali bdiet tirrapporta li persuna nstabet mejta f’lukanda f’San Ġiljan.
Dan wara li daħlet telefonata għand il-Pulizija, li ħadd mill-impjegati f’lukanda partikolari, sab persuna mejta fl-art.
Fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri ċċara li dan kien rapport falz li daħal għand il-Pulizija fuq il-linja tal-emerġenza 112.
Huwa tenna li dan mhux ċajt, u dan in-numru għall-assistenza fil-pront għandu jintuża għal każijiet veri.
Il-Ministru Camilleri qal ukoll li l-Pulizija se tinvestiga dan l-aġir irresponsabbli.