Dawk li jħaddnu t-twemmin Kristjan żgur mhux forsi jkunu qed jistennew dan iż-żmien tas-sena sabiex jiċċelebraw l-akbar festa tal-Knisja Kattolika; il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu.
F’Malta, dan il-perjodu fil-kalendarju kattoliku jiġi ċċelebrat b’diversi tradizzjonijiet fosthom sagrifiċċji, purċissjonijiet, interpretazzjonijiet fuq il-palk u saħansitra ikel preparat u moħmi apposta biex tiġi ċċelebrata din il-ġrajja.
Minkejja l-fatt li niċċelebraw l-istess festa, diversi pajjiżi madwar id-dinja għandhom it-tradizzjonijiet varji tagħhom.
Ftit ‘il bogħod minna, fi Spanja, il-ġimgħa mqaddsa magħrufa aħjar bħala Semana Santa hija l-aktar ċelebrazzjoni importanti f’dan il-pajjiż fejn jispikkaw it-tradizzjonijiet antiki ħafna iżda differenti f’kull reġjun Spanjol.
Il-Ġimgħa l-kbira fi Spanja, magħrufa bħala ‘La Madrugada’, hija festa ta’ solennità u wieħed ma jistax ma jagħtix ħarsa lejn ir-rikkezza tal-kostumi u l-istatwi kbar u l-entużjażmu ta’ dawk id-devoti kollha.
Jekk wieħed jaqsam l-Atlantiku u jmur fil-Messiku, in-nies jikkommemoraw dan il-jum billi jieħdu sehem f’purċissjonijiet kbar li jfakkru l-aħħar mumenti ta’ Ġesu, magħrufa bħala ‘Via Crucis’.
Fuq in-naħa l-oħra tal-globu nsibu l-Filippini li t-tradizzjonijiet tagħhom saru kważi kważi attrazzjoni turistika. Dan għaliex waqt l-interpretazzjoni tagħhom tal-vjaġġ ta’ Ġesu lejn il-Golgota, devoti verament jgħaddu mill-passjoni ta’ sidna meta jiġu kkalpestati bi swat u saħansitra jissallbu.
Fl-Iżrael imbagħad, ftit ‘il bogħod minn Ġerusalemm bosta jinġabru jagħmlu pellegrinaġġ fil-belt antika sabiex jerġgħu jgħixu l-aħħar vjaġġ ta’ sidna.
Fl-Italja, f’ċertu reġjuni jkantaw diska solenni fi knejjes msejħa ‘Miserere’ u bħal diversi pajjiżi oħra jipparteċipaw f’purċissjonijiet.
Fl-aħħar insibu l-Vatikan. Hawnhekk il-Kattoliċi jingħaqdu u jagħmlu mixegħla quddiem il-Kolossew filwaqt li l-Papa jżomm il-kurċifiss waqt l-adorazzjoni.