Franċiża ta’ 34 sena weġġgħet gravi wara li tilfet il-kontroll tal-quadbike li kienet qed issuq.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Ta’ Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex.
Il-pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet juru li l-mara tilfet il-kontroll tal-quadbike tat-tip Adly.
Fuq il-quadbike kien hemm ukoll Franċiża oħra ta’ 26 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-aktar kura. Aktar tard ix-xufiera ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li l-passiġġiera sofriet minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.