Fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka, il-Kunsill Lokali tal-Fgura flimkien mal-Kummissjoni Festa Esterna se jorganizza mixegħla kbira ta’ xemgħat u rappreżentazzjoni ħajja fil-Fgura.
Din l-attivita se tibda fis-7:30pm waqt il-Viżti tas-Sagrament, fejn se jkunu qegħdin jorganizzaw mixegħla kbira ta’ xemgħat li testendi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja sat-triq prinċipali u Triq il-Karmelitani.
Din il-mixegħla se tkun akkumpanjata minn mużika sagra u elementi oħra li normalment nsibu f’dan il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Fit-8:00pm fil-maħżen tal-armar ta’ Triq il-Karmelitani se ssir ir-rappreżentazzjoni ħajja bl-isem ta’ ‘Ecce Homo’. Din se tittella’ kull nofs siegħa u d-dħul huwa b’xejn.