Jason Brian Clegg, ta’ 48 sena mir-Rabat Għawdex, ie mmultat €400 wara li injora l-ordnijiet tal-membri tal-ekwipaġġ wara li pprova juża l-latrina tal-ajruplan waqt li kien fl-istadji finali biex jillandja.
Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika, li pperikola ajruplan, li hegded il-membri tal-ekwipaġġ u li kien ukoll xurban waqt li kien fl-ajruplan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-imputat wieġeb li hu ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti b’hekk sabitu ħati u mmultatu €400 filwaqt li ħallietu jħallasha fuq perjodu ta’ 3 xhur wara li d-difiża spjegat li l-imputat mistenni jiżżewweġ fi żmien 3 ġimgħat.