Ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar seħħet ħabta bejn tliet karozzi fiż-Żejtun.
Minn stħarriġ preliminari jidher li l-ħabta seħħet bejn Peugeot 3008 misjuqa minn mara ta’ 38 sena, li fiha kien hemm żewġt ibniet ta’ 9 snin, u Chevrolet Matiz misjuqa minn mara ta’ 44 sena, li fiha kien hemm tifel ta’ 7 snin.
Hawn jidher li bid-daqqa, ix-Chevrolet laqtet ukoll Mini One, li kienet qed tinstaq minn mara
ta’ 58 sena.
Fuq il-post issejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, u l-persuni kollha involuti ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ numru ta’ ambulanzi.
Aktar tard, it-tliet persuni li kienu fil-Peugeot ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif filwaqt li ż-żewġ persuni li kienu fix-Chevrolet ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.