Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija seħħet ħabta head-on bejn żewġ vetturi fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ħabta seħħet bejn Isuzu D-Max, misjuq minn raġel ta’ 51
sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Peugeot 308, misjuqa minn Pakistan ta’ 33 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fil-Peugeot kien hemm ukoll tliet irġiel u mara.
Fuq il-post issejjħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, u l-persuni kollha involuti ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard irriżulta li r-raġel mill-Pakistan u raġel ieħor li kien fl-istess vettura weġġgħu serjament. Il-bqija ta’ dawk involuti ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi,
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.