‘Il bogħod mill-Golgota huwa dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa li għall-ewwel darba ġie addatat għat-televiżjoni. Dan id-dramm ser jidher esklussivament fuq ONE u ser jieħu lis-segwaċi, ‘il bogħod mill-Golgota fil-veru sens tal-kelma għaliex din l-istorja tiffoka fuq il-ħajja tal-familja ta’ Lażru fejn flimkien mal familja tiegħu, s-segwaċi ser jgħixu l-passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu minn wara l-kwinti tal-passjoni nnfisha.
F’dan id-dramm, is-segwaċi ser jaraw ukoll x’kienet ir-relazzjoni tad-dixxipli ta’ Sidna Ġesu’ Kristu ma’ din il-familja u x’ġara meta l-poplu Lhudi għażel lil Barabbas li jiġi meħlus u x’wassal lil Ġuda biex jitraddixi lil bin il-bniedem.
Taħt id-direzzjoni ta’ Elliot Micallef u produzzjoni tal-Kumpanija Teatrali Anici 1936, bil-kollaborazzjoni wkoll tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, ‘IL BOGĦOD MILL-GOLGOTA ser jixxandar fuq ONE, nhar Ħamis ix-Xirka fil-10:40pm u nhar il-Ġimgħa l-Kbira fit-8:15pm