Suċċess għall-boxer veteran Dione Galea hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet rebaħ ġlieda fl-Italja kontra t-taljan Giuseppe Pizzolato taħt il-kappa tal-Global Boxing Federation.
Il-ġlieda kienet fuq tliet rounds ta’ tliet minuti ‘l waħda.
Interessanti l-fatt li Dione Galea, li llum għandu 46 sena, iġġieled u rebaħ kontra avversarju ta’ 17 -il sena biss.
Il-ġlieda bdiet b’mod kumbattut, biss fit-tieni round, Galea ta body shot bir-referee jibda jgħodd. L-istess ġara fit-tielet round.
Finalment Galea ġie dikjarat rebbieħ bil-punti.
L-impenji għal Dione Galea se jkomplu u l-ġlieda li jmissu se tkun fit-23 ta’ April f’Palermo.
Dione Galea għandu karriera twila ta’ 30 sena fil-Boxing, bl-ewwel ġlieda tiegħu kienet fl-1992.
B’kollox kellu 36 ġlieda li minnhom rebaħ 22 u 3 spiċċaw fi draw.