Il-Ministru tal-Intern tat-Turkija, Suleyman Soylu, irringrazzja lil Malta u lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-għajnuna pprovduta wara t-terremoti li seħħew fil-pajjiż aktar kmieni din is-sena.
Fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri kiteb li huwa rċieva ittra lbieraħ mingħand il-Ministru Tork bir-ringrazzjamenti tiegħu f’dan il-kuntest.
Huwa tenna li Malta se tibqa’ minn ta’ quddiem tinvesti fil-Protezzjoni Ċivili u toffri l-għajnuna kull fejn hemm il-bżonn.
In-numru ta’ nies mejta li ħallew it-terremoti fit-Turkija u fis-Sirja din is-sena, qabeż il-50,000 ruħ.