Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba possibbiltà’ ta’ kontaminazzjoni bl-Aflatossini.
Deskrizzjoni tal-prodott: Popcorn Organiku
Ditta: True Natural Goodness
Data tad-durabbiltà: Id-dati kollha bid-data tad-durabbiltà minn 31/01/2024 sa 16/02/2024 u minn 07/03/2024 sa 28/03/2024.
Użin: 500g
L-aflatossini huma prodotti primarjament minn żewġ speċi tal-fungu ‘Aspergillus’ li jinsabu speċjalment f’żoni bi klimi sħan u umdi.
Dawn jinstabu fl-ikel bħala riżultat ta’ kontaminazzjoni mill-fungi, kemm qabel kif ukoll wara l-ħsad. It-temperatura, l-umdità, il-ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-ħażna kollha jaffettwaw ir-rata u l-grad ta’ kontaminazzjoni. L-aflatossini jistgħu jikkawżaw varjetà ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem.