Persuna li l-identità tagħha għadha mhux magħrufa ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bejn mutur u karozza.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-każ seħħ għall-ħabta tal-11.20 ta’ filgħodu, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-vittma kien qiegħed isuq mutur tat-tip Peugeot Tweet meta għal xi raġuni kellu impatt ma’ Mitsubishi Shogun misjuq minn mara.
S’issa l-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post assistew tim mediku li ħa l-vittma lejn l-isptar Mater Dei, uffiċjali tal-Pulizija u tat-Transport Malta li dderiġew it-traffiku minn Albert Town kawża tal-inċident.