Pollakk ta’ 36 sena residenti l-Gżira weġġa’ gravi wara li waqa’ għal ġo trejqa ftit ‘l bogħol mir-radar ta’ Ħad-Dingli.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard, hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.