Ir-Russja ħadet f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
Dan minkejja l-fatt li l-Ukrajna ħeġġet lill-membri sabiex jimblokkawhom milli jassumu dan l-irwol.
Kull membru tal-kunsill jassumi l-presidenza għal xahar sħiħ.
L-aħħar darba li r-Russja kellha l-presidenza f’idejha kienet lura fi Frar tal-2022. Fl-istess żmien li r-Russja bdiet l-invażjoni tagħha fl-Ukrajna.
Għaldaqstant issa l-Kunsill tas-Sigurtà issa huwa mmexxi minn pajjiż li l-Mexxej tiegħu huwa soġġett għal mandat t’arrest relatat ma’ reati ta’ gwerra.
Minkejja l-ilmenti tal-Ukrajna, l-Istati Uniti ma setgħux jimblokkaw lir-Russja milli tassumi l-presidenza.