Wara ġimgħat ta’ stennija u tertiq ta’ qalb, fl-aħħar intagħżlu l-25 kwarti ta’ finalisti għal Brillanti Dance. Żgħażagħ Maltin u Għawdxin kollha għatxana sabiex juru t-talent tagħhom, il-bravura u fuq kollox il-Brillanti li huma jħaddnu. Dawn huma żgħażagħ li minkejja li ġejjin minn ġeneru ta’ żfin differenti, lkoll kemm huma għandhom ħolma waħda – dik li jirbħu l-€15,000 u li jipparteċipaw f’kunċert prestiġġjuż organizzat mill-Awtorita Maltija Għat-Turiżmu.
Din il-ġimgħa il-25 żgħażugħ u żgħażugħa għadhom ma jafux x’hemm lest għalihom, sfida diffiċli ferm li ser taqta’ fil-laħam il-ħaj hekk kif minn 25 iridu jintagħżlu biss 12 il-semifinalista! X’ser tkun din l-isfida u x’ser jigri hekk kif Joseph Chetcuti jħabbar liż-żgħażagħ x’se tkun l-isfida li jmiss?
Ġimgħa oħra ta’ emozzjonijiet kbar hekk kif il-parteċipanti ser jitnaqqru ftit ftit sakemm il-ġurija jagħrblu lil kull parteċipant sabiex jintagħżlu t-12 il-semifinalista