Wara d-diskors tiegħu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela xegħel l-urna fuq l-Għolja tal-Ħelsien, fil-Birgu, permezz tat-torċa.
Hawnhekk huwa fakkar l-44 sena mill-kisba tal-Ħelsien, tal-31 ta’ Marzu tal-1979.
Din il-kisba tfakkar il-jum meta l-flotta Ingliża telqet minn Malta darba għal dejjem.
Wara li xegħel l-urna, il-Prim Ministru flimkien ma’ martu Lydia Abela poġġew bukkett fjuri f’riġlejn il-monument li jfakkar din il-ġrajja storika.
Wara segwew l-amministrazzjoni u membri tal-Partit Laburista.