Duħħan kbir deher ħiereġ minn vapur tal-Fast Ferry ‘il barra mill-port tal-Imġarr.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
ONE News jinsab infurmat li kollox beda meta nstema’ ħoss kbir u wara beda ħiereġ id-duħħan minn wara.
Minnufih il-passiġġieri ġew evakwati mill-fast ferry, tal-kumpanija Virtu Ferries, u ttieħdu lejn il-port tal-Imġarr minn dgħajjes oħra li kienu fiż-żona.
Karozzi tat-tifi tan-nar ukoll dehru fil-Port. Jidher li ħadd ma weġġa’.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.