Lamin Samura Seguba, Gambjan li jgħix San Pawl il-Baħar, inżamm arrestat wara li allegatament ippubblika ritratti intimi tal-eks sieħba tiegħu mingħajr il-kunsens tagħha. Huwa wieġeb li mhux ħati li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja u li hedded lill-mara.
L-ordni ngħatat mill-Maġistrat Ian Farrugia, li qal li t-talba tal-ħelsien mil-arrest ġiet miċħuda minħabba l-gravità tal-każ u minħabba li l-evidenza tista’ tiġi mbagħbsa, speċjalment minħabba l-fatt li l-vittma għadha ma xheditx.
L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri argumentaw li l-laptop u l-mowbajl tal-akkużat huma fil-pussess tal-puilizija u għalhekk ma hemm ebda mod kif l-allegat jista’ jbagħbas mal-evidenza. Mill-banda l-oħra, l-ispettur Omar Zammit qal lill-Qorti li l-akkużat irrifjuta li jipprovdi l-passwords sabiex jaċċessa l-apparat teknoloġiku.