Tħabbret il-mewt tal-marmista, artist, u mużiċistarispettat Ronnie Pisani. Huwa miet fl-għomor ta’ 71 sena.
B’karriea ta’ 50 sena, is-Sur Pisani huwa meqjus fost l-iprem marmisti f’Malta. Huwa ħadem bosta opri fl-irħanmli se jibqgħu mnaqqxa fl-istorja ta’ bosta knejjes u każini tal-banda Maltin u Għawdxin.
Is-Sur Pisani kien magħruf ukoll ma’ bosta baned f’Malta u Għawdex peress li kien mużiċist u mhux biss kien isegwihom iżda ħalla wkoll diversi xogħlijiet tal-irħam. Huwa anke rregalahom arranġamenti mużikali u l-marċi kollha miktuba minnu.
Fost il-marċi popolari tiegħu, insibu l-marċi Bernardette u Vichant.
Huwa kien ikkontribwixxa wkoll għall-banda ta-Partit Laburista, fosthom billi ddisinja l-emblema tal-Banda.
L-aħħar tislima lis-Sur Pisani se tkun qed tingħata b’mod mill-iktar xieraq fis-Santwarju tas-Sultana tas-Sacro Cuor nhar is-Sibt l-1 t‘April 2023 fid-9am.