Illum għall-ħabta ta’ nofsinhar, uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit tal-Pulizija ġew imsejħa fuq każ f’Ħad-Dingli fejn kien hemm mara li ppruvat tagħmel suwiċidju.
L-azzjoni f’waqtha tal-uffiċjali salvat il-ħajja ta’ din il-mara, li fil-ħin li waslu fuq il-post, kienet max-xifer tal-irdum.
L-uffiċjali tkellmu mal-mara u kkalmawha f’azzjoni f’waqtha u immedjata li pproteġiet il-ħajja ta’ din il-mara u evitat każ li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji.
Dan mhux każ iżolat, hekk kif uffiċjali tal-Korp u ħaddiema oħra f’Korpi dixxiplinati diversi, jaħdmu ta’ kuljum f’każijiet simili, li fis-skiet ta’ ħidmiethom, ikollhom irwol kruċjali biex jipproteġu u jsalvaw il-ħajjiet.
Kull min ikollu xi tip ta’ kriżi u jkollu bżonn l-għajnuna, jista’ jċempel fuq il-helpline 24/7 tas-saħħa mentali li tnieda ftit tax-xhur ilu 1579, jew fuq il-linja nazzjonali 179.