Bosta kienu dawk il-persuni li għamlu parti mill-vjaġġ ta’ Sidna Ġesu’ Kristu fuq din id-dinja. Lilhom kollha, dan ir-rabbi minn Nazzaret, ħalla effett u nissel fihom emozzjonijiet differenti. Ġesu’ qanqal fihom rabja, mħabba, tama u kuraġġ.
LUX AETERNA se jlaqqana’ ma’ bosta karattri magħrufa u oħrajn ftit anqas, li pero’ kollha għandhom ħaġa komuni. Kollha se jgħidulna dak is-sentiment li sawwar fihom Ġesu’ Kristu. Se jitkellmu fuq dak id-dawl li dawwal it-triqat rispettivi tagħhom, għalkemm ilkoll b’modi differenti. Dak id-dawl li jibqa għal dejjem.
LUX AETERNA se jkun qed jixxandar kuljum mid-29 ta’ Marzu sa’ nhar Sibt il-Għid, f’12:10pm fuq ONE, b’repetizzjoni kuljum f’23:45 (Wara l-aħħar bulettin ta’ ONE News)