It-tim nazzjonali tal-Blackball beda l-ewwel ġurnata ta’ logħob mill-EBA Nations Cup 2023 bl-aqwa mod possibbli meta ż-żewġ timijiet tal-Men’s u Seniors rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu.
It-tim tal-Irġiel kellu żewġ rebħiet kontra Shetland 19-6 u kontra l-Olanda 16-9 filwaqt li s-Seniors kisbu riżultati pożittivi kontra Ġibilta’ 21-4 u Wales 15-10.
Sadanittant illum jibdew il-kompetizzjonijiet tas-Singles fejn hemm diversi plejers Maltin li se jaffaċċjaw oppożizzjoni barranija. Fl-istess waqt jispikka d-dwell bejn żewġ plejers Maltin hekk kif Claudio Cassar tela’ biex jilgħab kontra il-kompatrijott Johan Attard.
Dan hu l-programm ta’ logħob għal-lum it-Tnejn:
Clevion Micallef – Mark Bowen (Wales)
Claudio Cassar – Johan Attard
Mevrick Zammit – Morgan McIness (Skozja)
Gary Carr vs James Ramsay (Skozja)
Stephen Mangion – Luke Jowett (Awstralja)
Chris Demicoli – Rob Halt (Ingilterra)
Clint Grima – James Moran (Australja)
Conrad Catania – Ows Owen (Wales)
Lee Grima – Dale Land (Awstalja)
Antoine Aquilina – Robert Muxi (Katalunja)
Jesmond Schembri – Lenny Swan (Irlanda ta’ Fuq)
Owen Attard – Rebbieħ Round 1
Philip Gatt – Rebbieħ Round 1