Fi Frar pajjiżna kompla jirreġistra fost l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja tiegħu.
Dan hekk kif minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika pajjiżna rreġistra rata ta’ qgħad ta’ 3%.
B’hekk mix-xahar ta’ qabel il-qgħad f’pajjiżna baqa’ ma żdiedx minkejja l-isfidi dinjin li għaddejja minnhom id-dinja.
Meta din ir-rata titqabbel mal-istess żmien is-sena li għaddiet, wieħed jista’ jinnota tnaqqis ta’ 0.1%.
B’hekk fi Frar ta’ din is-sena in-numru ta’ persuni qiegħda f’pajjiżna kienu ta’ 8,977.
Fl-informazzjoni li pprovda l-NSO, ġie nnutat kif ir-rata ta’ qgħad fost l-irġiel kienet ta’ 3.1% filwaqt li r-rata ta’ qgħad fost in-nisa hija ta’ 2.9%.
Ir-rata ta’ persuni qiegħda fost dawk ta’ bejn 15 u 24 sena kienet ta’ 9.7% filwaqt li għal dawk li għandhom bejn 25 u 74 sena kienet biss ta’ 2.3%.
Fil-fatt, din it-tieni faxxa t’età hija l-kontributur ewlieni għar-rata ta’ qgħad baxxa li għandu pajjiżna.