Telgħu il-poloz għar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien li se ssir nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. Għal sena oħra se jieħdu sehem tmien klabbs: Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u Siġġiewi.
Se jkun hemm b’kollox 11-il tiġrija: ħamsa ta’ Kategorija A, ħamsa ta’ Kategorija B u tiġrija waħda għall-qaddiefa nisa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-Regatta tibda fin-12:30.