L-Unjoni Ewropea u l-Ġermanja ħabbru li laħqu ftehim rigward tilwima li kellhom fuq il-futur tal-karozzi mingħajr magni li jniġġsu.
Huma qablu li se jippermettu r-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda b’magni li jniġġsu wara s-sena elfejn, ħamsa u tletin, basta dawn l-istess karozzi jużaw fjuwil li huwa newtrali għall-klima biss.
L-Unjoni Ewropea riedet tipprojbixxi x-xiri ta’ karozzi ġodda b’magni li jniġġsu sal-elfejn, ħamsa u tletin.
Filfatt il-proposta oriġinali mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea rigward l-emissjonijiet tad-Dijossidju tal-Karbonju kellha tiġi posposta minħabba l-oppożizzjoni li sabet mill-Ġermanja.