F’inidirizz lill-mezzi tax-xandir fi tmiem laqgħa mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dak li nkiseb llum hu riżultat ta’ ħidma twila.
Il-Prim Minsitru qal li nksibu riżultati fuq żewġ aspetti ; il-migrazzjoni u r-relazzjoni mal-Istati Uniti.
F’kummenti lill-mezzi tax-xandir, il-Prim Ministru qal li l-ftehim bejn l-Italja u l-Libja fuq l-immigrazzjoni mhux perfett imma għall-ewwel darba hemm ftehim fuq l-immaniġjar tal-kampijiet. Il-Gvern Libjan kien kuraġġuż biżżejjed biex jammetti li għandu bżonn l-għajnuna. Issa hemm ftit tama li fil-Libja jista’ jkun hemm xi forma ta’ kontroll, li għandu jwassal biex min għandu dritt jingħata refuġju, jingħata refuġju. Imma ma jistax ikun li tkun il-moda li jkun hemm l-immigrazzjoni llegali. “Irridu nipproteġu lil min ħaqqu jiġu protett” sostna l-Prim Ministru, imma żieda jgħid li l-fruntiera ma jridux ikunu passatur. Dan il-ftehim ma’ sarx b’kumbinazzjoni, imma saret ħidma kontinwa li sarrfet fl-ewwel riżultat.
Dwar l-Istati Uniti, Muscat qal tkellem kontra sentiment anti-Amerikan u qal li issa huwa ċ-ċans li l-Ewropa tkompli tingħaqad.
Donald Tusk faħħar ix-xogħol kollu li sar għal summits li f’pajjiżna li ddiskutew suggett importanti. Tusk qal li l-approvazzjoni tal ftehim bejn il-Libja u l-Italja huwa l-ewwel pass pragmatiku li se jindirizza influss qawwi ta’ migrazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran.