It-team nazzjonali tar-Rugby Union kiseb rebħa tajba ta’ 41-24 f’logħba mir-Rugby Europe Conference South 1 fit-Tony Bezzina Stadium is-sibt wara nofs-in nhar. Kienet wirja sabiħa mill-plejers maltin, b’mod speċjali fl-ewwel taqsima. Konfront li ntlagħab quddiem pubbliku numeruż li attenda bi ħġaru sabiex jaghti l-appoġġ lit-team nazzjonali malti.
Kienet ukoll ġurnata important għat-team malti minħabba li għall-kowċ Damien Neill kienet l-aħħar logħba f’Malta. Dan hekk kif f’Mejju li ġej se jkun qed itemm karriera ta’ 18-il sena fit-tmexxija tat-team nazzjonali.
Il-maltin bdew tajjeb tant li wara biss żewġ minuti għamlu try.
Kienet azzjoni twila li finalment rat lil Brendan Dalton ikun żmarkat u mil-lemin jaqsam il-linja biex ta l-ewwel ħames punti lit-team malti.
Chris Dudman falla l-conversion u ċ-ċans li jkabbar l-iskor.
Ir-reazzjoni avversarja ma waslitx. Anzi kienu l-maltin li fit-13 -il minuta tellgħu ħames punti oħra minn try tal-captain Mark Davey. Chris Dudman falla għal darb’oħra l-conversion.
It-team malti baqa’ jiddomina u erba’ minjuti wara għamel l-iksor 15-0. Kienet azzjoni veloċi li finalment rat lil Luke Watts jagħmel try nminn qagħda ċentrali. Din id-darba Chris Dudman minn pożizzjoni ideali ma falliex il-conversion għal skor ta’ 17-0 it-team nazzjonali malti.
L-iskor għat-team malti kompla jiżdied fil-35 minuta meta Brendan Dalton għamel try ieħor mil-lemin. Chris Dudman ma rnexxielux jagħmel il-converstion.
L-ewwel taqsima għalqet bl-iskor ta’ 22-0 favur Malta.
Fit-tieni taqsima Ċipru ħarġu akltar fuq l-offensiva madanakollu sabu d-difiża maltija attenta li xejnet kull attentat tagħhom. Aktar ma għadda l-ħin bdiet tiżdied il-frustrazzjoni fost l-avversarji tagħna u hawn approfittaw il-maltin hekk kif fit-18-il minuta għamlu try ieħor. Kien Daniel Apsee li kabbar l-iskor għal 27-0. Chris Dudman kompla kabbar l-iskor għal 29-0 meta għamel il-conversion.
It-team malti deher li kellu kontroll assolut tal-logħba tant li fit-22 minuta għamel try oħra. Kienet azjoni sabiħa u veloci li rat lil Brendan Dalton jaħrab tajjeb mil-lemin u jaghmel it-tielet try personali f’din il-logħba biex l-iskor sar 34-0. Chris Dudman minn pożizzjoni angolata u diffiċli ma rnexxielux jagħmel il-conversion.
Ċipru irnexxielhom itellgħu l-ewwel ħames punti tagħhom fit-28 minuta minn try ta’ Corey Paraskeva. Ben Yarrow naqas li jagħmel il-conversion.
Iżda minuta biss wara l-istess Yarrow għamel try ieħor għal Ċipru b’ħarba sabiħa u veloċi mix-xellug biex għamel l-iskor 34-10.
Dawn iż-żewġ tries taw enerġija ġdida liċ-ċiprijoti li fl-aħħar minuti tal-logħba żiedu l-offensiva u tefgħu f’diffikulta’ lid-difiża maltija.
Fil-fatt fl-34minuta huma rnexxielhom jagħmlu try ieħor permezz ta’ Kai George Phillips minn azzjoni veloċi. Ben Yarrow għamel il-conversion għal skor ta’ 34-17.
L-aħħar minuti tal-logħba raw liż-żewġ naħat itellgħu l-aħħar punti tagħhom għal skor finali 41-24 favur Malta.
Il-logħba li jmiss għat-team malti tkun kontra l-Iżrael fil-15 ta’ April.