Minn tal-inqas tlieta u għoxrin persuna mietu kawża ta’ tromba li ħolqot kaos sħiħ fl-istat Amerikan ta’ Mississippi.
Aktar persuni huma maħsuba li jinsabu maqbuda taħt it-tifrik ta’ binjiet imġarrfa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-riħ ikkawża ħsarat f’diversi żoni rurali, fejn twaqqgħu numru ta’ siġar u tqaċċtu l-linji tal-elettriku, bil-konsegwenza li għexieren ta’ eluf ta’ djar spiċċaw bla dawl.
F’diversi partijiet tal-istat, ġiet irrappurtata wkoll borra kbira u xita qawwija.