Aktar minn elfejn immigrant waslu fil-gżira ta’ Lampedusa f’temp ta’ erbgħa u għoxrin siegħa.
Fil-fatt, wara li tul il-jum tal-Ġimgħa daħlu tlieta u erbgħin dgħajsa li bejniethom kienu qed iġorru mal-elf u tmien mitt immigrant, is-Sibt filgħodu daħlu mitejn u sittin immigrant ieħor.
Il-maġġoranza tad-dgħajjes telqu mill-belt Tuneżina ta’ Sfax. Kien grupp wieħed biss, ta’ madwar erbgħin ruħ, li telaq mil-Libja.
Id-distanza bejn Lampedusa u t-Tuneżija hija ta’ madwar mija u tmenin mil nawtiku.
Fost l-immigranti kien hemm anki nisa u tfal.