Bejn il-Ġimgħa 17, u l-Ħadd 19, il-Malta Drag Racing Association organizzat l-1 rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing f’Hal Far Raceway. L-1 rawnd jawgura tajjeb għall-kumplament tal-kampjonat u offra avveniment mill-aqwa lit-timijiet u lill-partitarji tagħhom li segwew l-avveniment.
Steve Jennerway rebaħ il-bracket bejn 11.50 u 11.99 sekondi
Chris Mercieca rebaħ il-bracket bejn il-11.00 u l-11.49 sekondi, u l-Klassi Index 2
Glenn Busuttil rebaħ il-bracket bejn 10.50 sa 10.99 sekondi
Paul Fenech rebaħ il-bracket bejn 10.00 u 10.49 sekondi
Simon Farrugia rebaħ il-bracket bejn 9.00 sa 9.49 sekondi
Dylan Micallef rebaħ il-bracket bejn 8.50 sa 8.49 sekondi, u l-Index 1 Class
Justin Muscat rebaħ il-Klassi Open 2, il-Klassi CA6 u l-Klassi Extreme 2
Christian Azzopardi rebaħ il-Front Wheel Drive Open Class
Tommy Agius rebaħ il-Klassi Diesel Truck
Stephen Xuereb rebaħ il-Klassi SM4
Justin Darmanin rebaħ Diesel Open Class
Rosello Cassar rebaħ il-Klassi PS4
Tyson Debono rebaħ il-Klassi D4
Clifton Abdilla rebaħ il-Klassi D5 u DTA 5
Patrick Cassar rebaħ il-Klassi DTA 4
Martin Scerri rebaħ l-Escort Class 2 u Escort Class 3
Nicholas Farrugia rebaħ il-Klassi Open 6
Stephen Cauchi rebaħ il-Bracket tal-Muturi bejn 7.50 u 7.99 sekondi
Jaarold Brown rebaħ il-Motorcycle index 8.5 sekondi
Glenn Borg rebaħ il-klassi Top Fuel u l-Open Class tal-muturi.
Iż-żgħażagħ Luca Mangion, Aiden Bianco u Yelsin Bonello ffurmaw il-Klassi Junior Dragster, u George Cutajar kellu l-aħjar ħin ta’ reazzjoni.
It-tieni rawnd tal-kampjonat huwa skedat għall-5, 6 u 7 ta’ Mejju u Run What You Bring fid-29 ta’ April.
Fil-31 ta’ Marzu, se jkun hemm attività kbira ta’ karità bl-isem MDRA for Charity f’isem il-Malta Autism Centre. Il-pubbliku huwa mistieden iżur dan l-avveniment u jagħti donazzjoni lill-Malta Authisim Centre.