Mijet ta’ persuni fil-Lvant ta’ Spanja kellhom jiġu evakwati minn djarhom wara li meded kbar ta’ art ħadu n-nar.
In-nirien ħakmu madwar elf tomna ta’ art u b’hekk erba’ ħelikopters u aktar minn 600 pumpier intervjenew fil-proċess tat-tifi tan-nar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan qed juri li l-istaġun tan-nar fil-foresti beda wisq kmieni.
Is-servizzi tal-emerġenza marru fiż-żoni milquta min-nirien u qalu li ġew evakwati 600 persuna fi tmien bliet, inkluż dar tal-anzjani f’Montan.