Iż-żjara statali li kellhu jagħmel ir-Re Karlu t-tielet fi Franza kellha tiġi posposta minħabba l-protesti li qed isiru minn miljuni ta’ nies dwar ir-riforma tal-pensjoni mdaħħla mill-President Franċiż Emmanuel Macron.
Ir-Re Karlu t-Tielet kien mistenni jkun fil-belt ta’ Bordeaux pero’ matul il-lejl li għadda eluf ta’ dimostranti taw in-nar sala f’din il-belt u sar ġlied kbir mal-Pulizija.
Fl-aħħar sigħat, il-unions sejħu għal protesti akbar għal nhar it-Tlieta meta r-Re Ingliż kellu jżur Franza.
Ilbieraħ aktar minn mitt elf persuna niżlu fit-toroq ta’ Pariġi wkoll biex jipprotestaw. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika ilu juri li l-maġġoranza tal-elettorat Franċiż huwa kontra li tiżdied b’sentejn, l-età tal-irtirat għal 64 sena.