Il-jum tal-Ġimgħa huwa t-tieni jum tas-Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, fejn preżenti għalih hemm il-Prim Ministru Robert Abela.
Dan is-Summit tal-Kunsill Ewropew beda l-Ħamis, hekk kif fuq l-aġenda tal-mexxejja Ewropej kien hemm il-gwerra fl-Ukrajna.
Hawnhekk il-mexxejja Ewropej komplew iwasslu l-messaġġ tagħhom li jikkundannaw l-invażjoni Russa fl-Ukrajna u qablu wkoll li l-Unjoni Ewropea se tkompli twassal il-messaġġ tagħha favur l-Ukrajna.
Il-mexxejja Ewropej waslu l-messaġġ sabiex immedjatament tieqaf l-aggressjoni Russja fl-Ukrajna, rispett lejn il-liġi internazzjonali u r-ritorn sigur tal-Ukreni li ġew deportati fir-Russja, partikolarment it-tfal.
Fil-Kunsill Ewropew ġiet innutat il-mandat ta’ arrest tal-Qorti Kriminali Internazzjonali kontra l-President Russu.
Fuq l-aġenda tal-mexxejja hemm ukoll il-kompettitivita, is-suq uniku, l-enerġija u anki l-migrazzjoni.
Preżenti fl-ewwel jum tas-Summit kien hemm is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres u ngħaqad b’mod virtwali l-President Ukren Volodymr Zelensky.