Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela se jibda triqtu lejn Brussell sabiex jattendi għal Summit tal-Kunsill Ewropew.
Din il-laqgħa bejn il-mexxejja Ewropej se ssir bejn illum u għada, se tkun qed tiffoka primarjament fuq il-gwerra fl-Ukrajna. Gġal darb’oħra se jkun qiegħed jingħaqad magħhom b’mod virtwali il-President Ukren Volodymr Zelensky.
Fl-ewwel parti ta’ dan il-Kunsill Ewropew, li matulha se jattendi s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, il-mexxejja Ewropej se jitkellmu dwar sfidi internazzjonali.
Qabel dan is-Summit tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel qal li l-għan tal-mmebri tal-Kunsill Ewropew huwa li jkomplu jassistu lill-Ukrajna.
F’din il-laqgħa, il-mexxejja Ewropej se jiddiskutu wkoll dwar is-suq uniku, il-kummerċ, u l-kriżi tal-enerġija.
Attending the #EUCO & Euro Summit in Brussels. Discussions to focus on key issues including the war in Ukraine, competitiveness and the economy, energy and migration. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) March 23, 2023