Persuna tilfet ħajjitha wara li sab ruħu f’ċirkostanzi ta’ diffikultà serja waqt li kien qiegħed jiekol.
L-inċident seħħ illum f’wieħed miċ-ċentri tal-Aġenzija Sapport.
L-istaff tal-Aġenzija Sapport kien preżenti u l-persuna ngħatatlu l-ewwel għajnuna fuq il-post. Intalbet l-assistenza medika wkoll madanakollu l-klijent tilef ħajtu ftit wara.
Il-Pulizija issejħu ħalli jibdew bl-investigazzjoni tagħhom kif ukoll nfetħet inkjesta maġisterjali u nħatru numru ta’ esperti.