Il-captain ta’ Neptunes Jordan Camilleri u Benji Cachia ta’ Sliema huma l-BOV Water Polo Plejers tax-Xahar għal Frar 2023.
Cachia kien f’forma stupenda fit-3 logħbiet ta’ Sliema fil-kampjonat BOV tal-Water Polo tax-Xitwa. Huwa skorja xejn inqas minn 6 gowls fir-rebħa kbira ta’ 25-9 ta’ Sliema fuq Marsascala fejn b’kollox skorja 12-il gowl matul ix-xahar u kiseb is-sejħa mill-kowċ tat-Tim Nazzjonali Milan Cirovic għat-tournament ta’ kwalifikazzjoni ta’ Malta għat-Tazza tad-Dinja Diviżjoni B fejn ikoll iddistingwa ruħu u sab ix-xibka fi 3 logħbiet ta’ Malta.
Jordan Camilleri ta’ Neptunes kiseb it-titlu ta’ ‘BOV Plejer tal-Logħba’ fir-rebħa ta’ 11-8 tat-tim tiegħu fuq Exiles fejn skorja 5 gowls u filwaqt li pprovda 4 assists u 4 steals. Il-Kaptan ta’ Neptunes imexxi l-azzjonijiet tat-tim tiegħu u huwa ta’ ispirazzjoni għal sħabu żgħazagħ.
Joe Agius, Chief Technology Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u Karl Izzo, President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akwatiku ta’ Malta ppreżentaw it-trofej liż-2 rebbieħa. It-trofej huma magħmulin minn materjal riċiklat u riċiklabbli fl-impenn lejn dinja aktar nadifa u b’saħħitha.
Il-Bank of Valletta huwa sostenitur tal-Assoċjazzjoni Sport Akkwatiku ta’ Malta f’konformità mal-impenn tiegħu lejn komunità aktar b’saħħitha li fiha jopera.