Mill-Ġimgħa, 17, sal-Ħadd 19, is-sewwieq Malti tal-karting Benji Westwood ta’ għaxar snin ipparteċipa fil-ftuħ tar-ROK Cup Italia fi Franciacorta mat-tim tiegħu GP Karting.
Westwood ikkompeta kontra sewwieqa ta’ aktar esperjenza. Fil-kwalifikazzjoni, Westwood ikkwalifika fit-12-il pożizzjoni minn 42 sewwieq; fi stadju waqt it-tellieqa kien anke fir-4 post. Madankollu, minħabba l-penalitajjiet, Westwood, beda il-finali f’pożizzjoni 24 minflok fil-pożizzjoni 11 minn 36 sewwieq li kkwalifikaw. Matul il-finali, Westwood avvanza għall-pożizzjoni 18 iżda ma żammx il-pass ma sħabu u spiċċa t-tellieqa fl-24 post.
Għalkemm it-tamiet kienu għal riżultat aħjar, kienet esperjenza ta’ tlielaq mill-aqwa, b’konsistenza, talent veru u determinazzjoni.