Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-KNŻ, laqa’ t-twaqqif tal-Youth Advisory Forum li tħabbar it-Tnejn mill-Prim Ministru Robert Abela ilbieraħ.
Dan il-Forum kien approvat waqt laqgħa tal-Kabinett li saret fi ħdan il-Kulleġġ Malti għax-Xjenza, l-Arti u t-Teknoloġija fil-campus ta’ Raħal Ġdid.
Il-KNŻ esprima s-sentiment tiegħu permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali.
Huma rringrazzjaw lill-Gvern b’mod kollettiv talli qed jisma’ liż-żgħażagħ dwar dak li jikkonċernahom.